STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL, MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA U L-INDUSTRIJA U MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-INTRAPRIŻA U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI

Reference Number:  PR210088, Press Release Issue Date: Jan 15, 2021
 

B’għaqal nippreparaw in-negozji u l-intrapriżi għax-xhur u s-snin li ġejjin


B’għaqal irridu ngħinu lin-negozji, l-intrapriżi u l-industrija jippreparaw għax-xhur u s-snin li ġejjin, b’appoġġ li jmexxihom lejn it-triq ta’ riġenerazzjoni u tkabbir fil-produttività tagħhom. 

Dan kien il-messaġġ ewlieni li wasslu l-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana, il-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija Silvio Schembri, u l-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli f’interventi li għamlu waqt business breakfast imtella’ mill-Gvern ta’ Malta. Bit-tema ‘Lejn Prosperita Ġdida’, il-business breakfast ġab flimkien imsieħba soċjali u industrijalisti biex jiddiskutu l-viżjoni tal-gvern għal Malta wara l-pandemija. 


pr210088a.png 


Il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana qal li, “L-impatt ekonomiku tal-pandemija tal-COVID-19 huwa ħamsin darba ikbar mill-impatt li ħalliet ir-riċessjoni tal-2008 u għalhekk il-konsegwenzi li se tħalli se jkunu bil-wisq akbar. Dan il-gvern qed jaħdem bis-sħiħ sabiex pajjiżna jkompli jkun preparat sabiex jassigura l-aħjar interessi għall-familji Maltin u Għawdxin għax-xhur u s-snin li ġejjin.”  

Fl-indirizz tiegħu, il-Ministru Caruana qal li bħalissa d-diskussjoni fl-Ewropa hija dwar kif il-gvernijiet se jżidu d-dħul tagħhom permezz ta’ żieda fit-taxxi. Huwa qal li f’Malta dan mhux il-każ għaliex in-negozji ma jifilħux għal daqqa oħra wara l-pandemija. Il-Ministru Caruana semma wkoll kif għall-kuntrarju ta’ pajjiżi oħra, il-qgħad f’pajjiżna baqa’ fl-istess livelli. Dan kollu seta’ jsir għaliex matul dawn l-aħħar snin, dan il-gvern mexa b’għaqal u ħaddan politika fiskali li tħares sabiex pajjiżna jkollu surplus. B’hekk fi żmien daqstant diffiċli dan il-gvern għandu l-flessibilità sabiex ikun jista’ jimmanuvra u dan il-piż jiflaħ għalih.  

Il-Ministru Caruana qal li dan il-gvern se jibqa’ jaħdem sabiex fix-xhur li ġejjin pajjiżna jżomm dan ir-ritmu u n-negozji jirnexxilhom iżommu n-nies fl-impjieg. Fl-istess waqt, il-gvern se jkun qed jara wkoll kif se jinjetta l-kapital meħtieġ f’dawk is-setturi li matul il-pandemija sofrew l-akbar impatt. 


pr210088b.png 
 
 
Il-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija Silvio Schembri qal kif f’mument daqstant ta’ sfida, dan il-gvern ra li jagħti ċertezza lill-familji u n-negozji tagħna tant li wassal sabiex jattira investiment ġdid lejn pajjiżna fost in-negozji diġà stabbiliti f’pajjiżna. 

“F’dan il-perjodu ta’ sfida, l-ekonomija Maltija wriet ir-reżiljenza tagħha, l-aġilità, il-flessibilità kif ukoll l-adattabilità tagħha. Għalhekk importanti li nkomplu nsostnu r-reżiljenza tagħha billi nkomplu niddiversifikawha u nsaħħu dak eżistenti”, qal il-Ministru Schembri. 

Huwa proprju fuq dawn il-prinċipji sodi li rridu nwittu t-triq għal tkabbir ekonomiku. “Għalhekk fil-ġimgħat li ġejjin se nkun qed nippreżenta dokument ta’ viżjoni ekonomika għall-għaxar snin li ġejjin li mbagħad se jkollu working documents fuq perjodu anqas ta’ snin li se jinkludu miżuri iktar iffukati fuq liema industriji se nkunu qed nattiraw, x’tip ta’ investiment hemm bżonn, tip ta’ ħiliet biex imbagħad strateġiji oħrajn imnedija qabel ikunu magħquda flimkien b’direzzjoni waħda. Dan bil-għan li jinkludi wkoll proċess ta’ konsultazzjoni iktar wiesa’ tal-pubbliku inġenerali”, qal il-Ministru Schembri. 


 pr210088c.png
 

Il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli saħqet li rridu nkomplu nsostnu lill-kumpaniji diġà stabbiliti f’pajjiżna u li għandhom il-ħsieb li jkomplu jikbru f’Malta u Għawdex. “Filwaqt li nattiraw investiment barrani ġdid, irridu nkomplu nappoġġjaw investimenti eżistenti biex huma wkoll ikollhom l-opportunità li jkomplu joħolqu impjiegi ġodda.”

Spjegat li rridu naħtfu l-opportunità li nħarsu lejn l-affarijiet b’mod differenti, b’mod partikolari s-sostennibilità tal-ekonomija u l-ħarsien ambjentali. 

“Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma ċ-ċwievet biex nimxu lejn din id-direzzjoni. Dan jista’ jsir billi ninvestu f’aktar teknoloġija rinovabbli li tagħmel sens għal pajjiżi tad-daqs tagħna u li pajjiżi oħra ma jistgħux iħarsu lejhom”, qalet il-Ministru Dalli. 

---------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------


PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FINANCE AND EMPLOYMENT, THE MINISTRY FOR THE ECONOMY AND INDUSTRY, AND THE MINISTRY FOR ENERGY, ENTERPRISE AND SUSTAINABLE DEVELOPMENT


Preparing our businesses wisely and cautiously for the months and years to come  ​ ​ 


We wisely and cautiously want to help businesses, self-emloyed, and the industry as whole to prepare for the months and years to come, with the necessary support that will pave the way for the path of regeneration and the growth in their productivity. 

This was the main message led by Ministers Clyde Caruana, Silvio Schembri and Miriam Dalli during interventions at business breakfast by the Government of Malta. With the theme ‘Towards a New Prosperity’, the business breakfast brought together social, industrial partners, and stakeholders to discuss the Government’s vision for Malta after the pandemic. 

Minister for Finance and Employment Clyde Caruana said, “the economic impact of the COVID-19 pandemic is fifty times greater than the impact of the 2008 recession, and therefore, the consequences will be much larger. The Government is doing its utmost to ensure that our country continues safeguarding the Maltese and Gozitan families' best interests for the coming months and years.”

During his address, Minister Caruana said that currently in Europe, the ongoing discussion is on the ways to increase the public revenues mainly through increasing taxes. He said that this is not the case for Malta since businesses would not cope with another blow after the pandemic. Minister Caruana also mentioned how, unlike other countries, unemployment in our country remained at the same levels. This is the result of a Government which has acted wisely over the last years and has embraced a prudent fiscal policy which created consecutive surpluses. Thus, in such a difficult time, this government has the flexibility to be able to manoeuvre and bear this burden.

Minister Caruana said that the government would continue to work so that our country will maintain this momentum and businesses will be able to keep people in employment in the coming months. Simultaneously, the government will also be looking at how to inject the necessary capital into those sectors that suffered the most significant impact during the pandemic.

Economy and Industry Minister Silvio Schembri said that at such a challenging moment this Government saw that it gives certainty to our families and businesses so much that it has led to attracting new investment to our country among businesses already established in our country. 

“In this challenging period the Maltese economy has demonstrated its resilience, agility, flexibility as well as its adaptability. It is therefore important to continue to sustain its resilience by continuing to diversify it and strengthen the existing one,” said Minister Schembri. 

It is right on these strong principles on which we must pave the way for economic growth. “Hence, in the coming weeks I will be presenting an economic vision document for the next 10 years. This shall include working documents over a lesser period of years that will include more focused measures particularly on which industries we will be attracting, what kind of investment is needed, as well as the skills sought after. This will amalgamate together other strategies launched to combine them together towards one direction. This will follow a wider consultation process of the general public,” Minister Schembri said.  

Minister for Energy, Enterprise and Sustainable Development Miriam Dalli stressed that we must continue to support companies already established in Malta and Gozo and who intend to continue to grow in Malta and Gozo. “While we continue to attract new investment, we must continue to support existing companies so that they have the opportunity to create new jobs as well.”

She explained that Malta wanted to seize the opportunity to look at things differently, in particular the sustainability of the economy and environmental protection. 

“Research and innovation are the key to move towards this direction. This can be done by investing in more renewable technology that makes sense for the size of our country, and those similar to us,” Minister Dalli said.