STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL

Reference Number: PR210531, Press Release Issue Date: Mar 16, 2021
 

Il-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol iħabbar li Malta rċeviet mill-Kummissjoni Ewropea €123 miljun nominali f’self b’rata ta’ imgħax vantaġġuża bħala assistenza finanzjarja taħt l-istrument SURE. 

Dan l-ammont jirrappreżenta t-tieni u l-aħħar porzjon ta’ self mill-ammont totali ta’ €243.6 miljun nominali li ġie allokat lil Malta s-sena l-oħra b’rabta mal-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar it-twaqqif tal-Istrument Ewropew għall-Appoġġ Temporanju biex jitnaqqsu r-riskji tal-qgħad f’emerġenza (SURE) marbuta mal-imxija tal-Covid-19. 

Din l-għajnuna finanzjarja hija mmirata speċifikament biex tgħin lill-pajjiżi membri jindirizzaw żieda f’daqqa fin-nefqa pubblika b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19. Dan sar sabiex jiġu ssalvagwardjati l-impjiegi, inklużi ta’ dawk li jaħdmu għal rashom u miżuri oħrajn relatati. Aktar dettalji dwar dan is-self jinsabu fit-tabella li tidher hawn taħt:
​ 
​​​

 

Self għall-perjodu ta’ 15-il sena

Ammont Nominali

€123,000,000

Kupun

0.20%

Rendiment

0.228%

​​
--------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FINANCE AND EMPLOYMENT 

The Ministry for Finance and Employment announces that Malta received from the European Commission the second tranche of €123 million nominal in financial support in the form of loan given on favourable terms under the SURE Instrument. 

This amount represents the second and last tranche from the amount of €243.6 million nominal that was allocated to Malta last year in connection with the implementation of European Council decision regarding the establishment of an European instrument for temporary support to mitigate unemployment risks in an emergency (SURE) in response to the Covid-19 outbreak. 

This financial support is specifically targeted to assist member states to address sudden increases in public expenditure in response to the COVID-19 outbreak. This was designed to preserve employment, including self-employment and other related measures. More details about this loan can be found in the table below:


 

15-Year Loan

Nominal Amount

€123,000,000

Coupon

0.20%

Yield

0.228%

​​​

​