STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL

Reference Number: PR210830, Press Release Issue Date: May 04, 2021
 

​Estensjoni tal-għotja għal rifużjoni ta’ depożiti mħallsa għal tiġijiet u ċerimonji tal-unjoni ċivili li ġew posposti jew adattati minħabba l-pandemija
 

Għotja għal dawk il-koppji li kkanċellaw il-festin tat-tieġ jew tal-unjoni ċivili
 
Il-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol iħabbar li l-għotja għal rifużjoni ta’ depożiti mħallsa għal tiġijiet u ċerimonji tal-unjoni ċivili li ġiet imħabbra fl-2020 bħala part mill-Pjan ta’ Riġenerazzjoni Ekonomika se tiġi estiża mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021.
 
Il-Ministu Clyde Caruana qal li, “Il-gvern huwa konxju li kawża tar-restrizzjonijiet li ġew imposti minħabba l-pandemija, koppji li kellhom it-tieġ jew iċ-ċerimonja tal-unjoni ċivili tagħhom pjanata matul dawn ix-xhur kellhom jadattaw jew imexxu d-data u għalhekk setgħu tilfu xi depożiti li kienu ħallsu. Għaldaqsant, bħala gvern qed nerġgħu nintervjenu u qed nestendu din l-għotja għal matul l-2021 ukoll. Bħal ma wegħdna, se nibqgħu nagħtu l-għajnuna kollha li hemm bżonn lill-poplu tagħna biex inkomplu ntaffu d-daqqa tal-pandemija minn fuq il-familji”.
 
Il-ministru qal li għall-ewwel darba, minn din l-għotja se jibbenefikaw ukoll dawk il-koppji li żżewġu iżda kkanċellaw il-festin tagħhom. 
 
Għal din l-iskema hemm allokazzjoni ta’ €2 miljun u din se tibqa’ fis-seħħ sakemm din l-allokazzjoni tiġi utilizzata kollha. Kull koppja tista’ tibbenefika sa €2,000 u tista’ tapplika darba biss.
 
Il-kriterji eliġibbli għal din il-miżura huma:
  • Koppji li ċ-ċerimonja tat-tieġ/unjoni ċivili tagħhom kienet oriġinarjament mistennija li ssir bejn it-8 ta’ Marzu 2020 u t-31 ta’ Diċembru 2021.
  • Koppji li kellhom depożiti mħallsa fuq oġġetti u servizzi relatati maċ-ċerimonja tat-tieġ/unjoni ċivili tagħhom kif pprovat mid-dokumenti ppreżentati 
  • Dawk li se jipprovdu s-servizzi għad-data l-ġdida tat-tieġ jistgħu jkunu differenti minn dawk ibbukkjati għall-ewwel data tat-tieġ. 
 
Għal aktar informazzjoni u biex japplika, wieħed għandu jżur is-sit