STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL

Reference Number: PR211254, Press Release Issue Date: Jul 02, 2021
 

L-Air Malta ttir lejn il-Libja għall-ewwel darba minn Lulju 2014


Il-Ħamis, l-1 ta’ Lulju 2021, l-ajruplan tal-linja nazzjonali l-Air Malta ttajjar lejn il-Libja għall-ewwel darba wara seba’ snin. It-titjira lejn l-Ajruport ta’ Mitiga fi Tripli kellha fuqha delegazzjoni mmexxija mill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana flimkien maċ-Chairman Eżekuttiv tal-Air Malta David Curmi.


pr211254a.png



Waqt din iż-żjara, ġew diskussi diversi temi, fosthom it-tkomplija tat-titjiriet bejn iż-żewġ pajjiżi, u żjara minn esperti tas-sigurtà fl-avjazzjoni mill-Ministeru għall-Intern fi Tripli kif ukoll mill-Ajruport ta’ Misurata.


pr211254b.png


F’kumment wara din ż-żjara ta’ ġurnata, il-Ministru Clyde Caruana qal, “Li tara l-ajruplan tal-Air Malta fuq art Libjana fi snin huwa ċertament sinjal pożittiv. Irridu nkomplu naħdmu flimkien biex naraw progress fl-avjazzjoni. Malta u l-Libja appoġġjaw lil xulxin fuq bosta fronti matul l-aħħar deċennji u se nkomplu nsaħħu din ir-relazzjoni qawwija bejn iż-żewġ popli.”


Ritratti: MFE


--------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------


PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FINANCE AND EMPLOYMENT


Air Malta flies to Libya for first time since July 2014


National carrier Air Malta flew to Libya for the first time in seven years on Thursday, 1st July 2021. The unscheduled flight to Tripoli’s Mitiga Airport transported a delegation led by Minister for Finance and Employment Clyde Caruana and Air Malta’s Executive Chairperson David Curmi. 


pr211254c.png


The resumption of flights between Malta and Tripoli, as well as a visit by aviation security experts from the Interior Ministry at Tripoli and Misurata Airport were among the main points on the agenda. 

Following the one-day visit, Minister Clyde Caruana said that; “Seeing the Air Malta plane on Libyan soil in years is a certainly a positive sign. We must continue working together to see progress in aviation. Malta and Libya supported each other on many fronts over the past decades, and we will continue strengthening this strong relationship between the two peoples.”


Photos: MFE