STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL

Reference Number: PR211736, Press Release Issue Date: Sep 23, 2021
 

Ħruġ tat-62+ Savings Bond tal-Gvern ta’ Malta – Settembru/Ottubru 2021


Kif diġà tħabbar mill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol fit-22 ta’ Settembru 2021, l-Accountant General qed iniedi l-ħruġ ieħor tat-62+ Savings Bond tal-Gvern ta’ Malta għall-individwi li twieldu matul is-sena 1959 jew qabel. L-ammont tal-ħruġ se jkun ta’ €65,000,000 soġġett li l-ammont jiżdied sa massimu ta’ €35,000,000 f’każ li d-domanda tkun aktar mill-ammont tal-ħruġ. 

It-termini tal-ħruġ huma simili għat-termini u kundizzjonijiet tat-62+ Savings Bonds tal-Gvern ta’ Malta li nħarġu fl-aħħar erba’ snin. Il-bond jgħaddi mgħax b’rata fissa ta’ 3% fis-sena għall-perjodu kollu ta’ ħames snin sakemm idum il-bond, li jimmatura fis-sena 2026. Il-bond se jinħareġ b’parità f’unitajiet ta’ €100 u ma jistax jiġi negozjat, assenjat, trasferit lil xi individwu ieħor jew jingħata bħala rahan. 

L-imgħax jitħallas kull sitt xhur b’lura fil-15 ta’ April u fil-15 ta’ Ottubru ta’ kull sena matul il-kors tal-bond. Detenturi tal-bond jistgħu jiġbdu l-ammont kollu investit qabel id-data tal-maturità soġġet għall-ħlas ta’ penali għal fidwa bikrija ekwivalenti għal tliet (3) xhur imgħax gross fuq il-kapital miġbud bir-rata ta’ mgħax li jgħaddi l-bond. 

Applikazzjonijiet minn investituri eliġibbli għall-ammont minimu ta’ €500 sa massimu ta’ €10,000 kull persuna jiftħu fit-8:30 a.m tal-Erbgħa, id-29 ta’ Settembru 2021 u jagħlqu fis-2:30 p.m. tal-4 ta’ Ottubru 2021 jew qabel fid-diskrezzjoni tal-Accountant General.Is-sottoskrizzjonijiet fil-bond iridu jsiru f’isem applikant wieħed biss.    

Applikanti eliġibbli ġodda tat-62+ Savings Bond tal-Gvern ta’ Malta magħmula minn (i) individwi li twieldu fis-sena 1959 u (ii) individwi li twieldu qabel l-1 ta’ Jannar tal-1959 li kienu eliġibbli li japplikaw fil-ħruġ tat-62+ Malta Government Savings Bonds tas-snin ta’ qabel iżda għal xi raġuni m’applikawx, jistgħu jniżżlu l-formola minn fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment tat-Teżor (www.treasury.gov.mt) jew jiksubha minn u jissottomettuha għand xi waħda mill-istituzzjonijiet finanzjarji awtorizzati jew fornituri oħra awtorizzati ta’ servizzi ta’ investment. L-allocation policy se tagħti preferenza lill-applikanti l-ġodda li sa issa għadhom ma investewx fit-62+ Savings Bond tal-Gvern ta’ Malta.

L-individwi li pparteċipaw f’xi ħruġ tat-62+ Savings Bond tal-Gvern ta’ Malta ta’ qabel huma wkoll eliġibbli li japplikaw. Għalhekk dawn l-individwi se jirċievu ittra ta’ tagħrif flimkien ma’ formola ta’ applikazzjoni bid-dettalji tagħhom mingħand l-Accountant General. Id-detenturi eżistenti tat-62+ Savings Bonds tal-Gvern ta’ Malta li huma interessati li japplikaw għall-ħruġ il-ġdid tat-62+ Savings Bond għandhom jissottomettu l-applikazzjoni għand xi waħda mill-istituzzjonijiet finanzjarji awtorizzati jew fornituri oħra awtorizzati ta’ servizzi ta’ investiment. 

Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-prospett li issa jista’ jitniżżel ukoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor (www.treasury.gov.mt​).

--------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FINANCE AND EMPLOYMENT

Issuance of 62+ Malta Government Savings Bond – September/October 2021


As announced by Minister for Finance and Employment Clyde Caruana on 22nd September 2021, the Accountant General is launching another issue of the 62+ Malta Government Savings Bond for individuals born during the year 1959 or before. The amount on issue shall be €65,000,000, subject to an over-allotment option of an additional amount up to a maximum of €35,000,000.

The terms of the issue are similar to the terms and conditions of the 62+ Malta Government Savings Bonds issued in the past four years. The Bond earns interest at a fixed rate of 3% per annum for the whole five-year term of the Bond maturing in the year 2026. The Bond shall be issued at par in units of €100 and cannot be negotiated, assigned, transferred onto any other individual or pledged.

Interest is paid semi-annually in arrears on the 15th April and 15th October in every year during the term of the Bond. Bondholders may withdraw the whole amount invested before the maturity date subject to a penalty equivalent to three (3) months gross interest on the principal amount withdrawn at the interest rate paid by the Bond.

Applications from eligible investors for a minimum amount of €500 up to a maximum of €10,000 per person open on Wednesday 29th September 2021 at 8.30 a.m. and close at 2.30 p.m. on Monday 4th October 2021, or earlier at the discretion of the Accountant General. Subscriptions in the Bond are to be made in the sole name of the applicant.

New eligible applicants in the 62+ Malta Government Savings Bond made up of (i) individuals born in the year 1959 and (ii) individuals who were eligible to apply in the past issuances of the 62+ Malta Government Savings Bond but for some reason did not apply, may download the application form (Form A) from the Treasury Department’s website at www.treasury.gov.mt or obtain and lodge the application form at one of the authorised financial institutions or authorised investment service providers. The allocation policy shall give preference to new eligible applicants who have not yet invested in the 62+ Malta Government Savings Bond.

Individuals who participated in any of the previous issuances of the 62+ Malta Government Savings Bond are also eligible to apply. To this effect they shall be receiving an information letter together with an application form (Form B) with their own details from the Accountant General. The existing holders of the 62+ Malta Government Savings Bond who are interested to apply for this new 62+ Savings Bond may lodge their application form at one of the authorised financial institutions or authorised investment service providers.

More information can be found in the prospectus which is now available and can be downloaded from the Treasury’s website (www.treasury.gov.mt​).