STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL

Reference Number: PR211834, Press Release Issue Date: Oct 05, 2021
 

Il-Ministru Caruana jniedi l-Politika Nazzjonali tas-suq tax-Xogħol 2021-2030


Il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana nieda l-politika nazzjonali tas-suq tax-xogħol għas-snin 2021-2030. Din il-politika hija mmirata sabiex toħloq livelli ta’ għajxien ogħla, kwalità ta’ ħajja aħjar bi dħul ogħla, u pagi aħjar, filwaqt li tgħammar lill-ħaddiema bl-għodda u l-ħiliet meħtieġa għall-futur. Il-politika hija bbażata fuq il-premessa li x-xogħol jagħti mhux biss dinjità, iżda wkoll sodisfazzjon.

“Malta tinsab f’punt ta’ bidla. Dan id-dokument ta’ politika jintroduċi bidla kemm fil-mod kif inħarsu lejn ix-xogħol kif ukoll fil-produttività f’Malta. Diġà ksibna ħafna matul dawn l-aħħar snin fir-rigward tax-xogħol f’pajjiżna, hekk kif iċ-ċifri lokali juru livell baxx ta’ qgħad, wasal iż-żmien li ngħollu l-livell u ngħollu l-valur ta’ dak li nipproduċu. Mhuwiex kompitu faċli. L-innovazzjoni titlob li nkomplu ntejbu u nbiddlu n-negozji u l-ħaddiema tagħna. Jekk nonqsu li nagħmlu dan, ikun hemm konsegwenzi. Hekk kif irbaħna sfidi diffiċli fil-passat, irridu nkomplu nagħmlu hekk illum u għada.”

Fit-tfassil tal-politika nazzjonali l-ġdida dwar tax-xogħol, pass fundamentali kien li jiġi mifhum il-kuntest fundamentali ekonomiku tal-gżira u l-iżvilupp tiegħu matul l-aħħar ftit snin. Sar eżerċizzju ta’ konsultazzjoni wiesa’ ma’ numru ta’ stakeholders ewlenin. B’mod ġenerali, saru 30 focus group f’diversi setturi tal-industrija, b’268 persuna fin-negozju. Biex titkejjel il-perċezzjonijiet ta’ ħaddiema individwali, sar ukoll studju rappreżentattiv ta’ 4000 individwu mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.


pr211834b.png


Filwaqt li jenfasizza r-realtajiet ekonomiċi tal-ekonomija ta’ Malta, id-dokument ibassar ukoll il-muturi ewlenin tal-bidla li huma mistennija li jmexxu l-ekonomija globali u jħallu impatt fuq id-dinja tax-xogħol, kif ukoll il-perċezzjonijiet lokali tal-ħaddiema Maltin lejn id-dinja tax-xogħol tagħhom stess ibbażata fuq id-dħul, il-karriera u l-ħiliet. Dan jagħmel il-politika tax-xogħol mfassla skont il-kuntest partikolari, il-potenzjal, l-isfidi, u l-opportunitajiet ta’ pajjiżna.

Mill-analiżi, jidher li d-distakk fil-ħiliet li qed jiġi esperjenzat f’Malta huwa mistenni li jkompli u se jkun kritiku għall-kompetittività ta’ Malta biex tiżviluppa suq tax-xogħol tas-sengħa b’mod ġenerali. Fl-istess ħin, l-isforzi biex jintlaħaq bilanċ bejn riżorsi lokali mħarrġa sew u sistema flessibbli li tittratta n-nuqqas ta' ħaddiema u tamministra l-ħaddiema migranti għandhom ikomplu.

Konxju mill-isfidi u l-opportunitajiet li qed jiffaċċja s-suq tax-xogħol ta’ Malta, il-Gvern qed jippreżenta 40 rakkomandazzjoni bbażati fuq tliet prinċipji gwida, li huma:
  • ​​​​​​Tħarriġ ta’ individwi biex jakkwistaw il-ħiliet meħtieġa u mitluba mill-industrija għad-dinja ta’ għada u jagħtu s-setgħa lill-ħaddiema kollha biex jipparteċipaw b’mod attiv fis-suq tax-xogħol ta’ Malta u biex jiżguraw li jkunu jistgħu jiksbu livell ta’ għejxien ogħla permezz tal-impjieg.
  • Li tippermetti lil min iħaddem u lin-negozji biex ikomplu jinvestu fit-tkabbir tan-negozju u l-impjiegi.
  • Tfassil ta’ istituzzjonijiet ta’ xogħlijiet li jirrispondu u li jġibu l-istess kundizzjonijiet għall-ħaddiema kollha biex jaħdmu b’dinjità.

Il-Gvern jemmen li din il-politika se tkun il-futur tax-xogħol u se tiftaħ il-potenzjal għal mobbiltà soċjali reali għall-familji Maltin, biex igawdu impjieg ta’ kwalità aħjar u livell ta’ għajxien ogħla. Il-Ministru Caruana semma kif din il-viżjoni ser tkompli tissaħħaħ b’miżuri fil-Baġit tal-ġimgħa d-dieħla għas-sena 2022.


pr211834c.png 
 
 

Għal-lista sħiħa ta’ rakkomandazzjonijiet u aċċess għas-sejbiet tar-riċerka, il-Politika Nazzjonali dwar l-Impjiegi hija disponibbli biex titniżżel u tinqara online fuq https://finanzi.gov.mt/nep.


-------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------


PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FINANCE AND EMPLOYMENT


Minister Caruana launches the National Employement Policy 2021-2030


Minister for Finance and Employment Clyde Caruana introduced the new National Employment Policy for 2021-2030, marking out the government’s holistic vision for employment in Malta for the next nine years. The policy is aimed towards a better quality of life, higher standards of living facilitated by higher incomes, and improved well-being, whilst equipping workers with the needed tools and skills for the future. The policy is fundamentally based on the premise that work gives not just dignity, but personal enrichment and life satisfaction.

“Malta is at a turning point. The policy document professes change in both the way we look at work and productivity in Malta. We have already achieved a lot over the past few years in relation to employment. As local figures verge close to full employment, it is time we raise the bar and raise the value of what we produce. It is no easy task. Innovation demands that we continue to upskill and change our businesses and workforce. Failure to do so has consequences. Just as we have beaten difficult odds in the past, we must continue to do so today and tomorrow.” 

In drawing the new National Employment Policy, a foundational step was to understand the economic fundamentals of the island and their development over the past few years. A broad consultation exercise was held with a number of key stakeholders. Overall, 30 focus groups were held across various industry sectors with 268 business leaders. To gauge the perceptions of individual workers a representative study of 4000 individuals was also conducted by the National Statistics Office. 

Whilst highlighting the economic realities of Malta’s economy, the document also forecasts the key drivers of change that are expected to drive the global economy and impact the world of work, as well as the local perceptions of the Maltese workforce towards their own world of work based on income, well-being, career and skills. This makes the Employment Policy tailored around Malta’s particular circumstances, potential, challenges, and opportunities.


pr211834a.png



From the analysis, it is apparent that the skill gap being experienced in Malta is set to continue and will be critical for Malta’s attractiveness to develop its pool of skilled talent across the board. Concurrently, efforts to strike a balance between having a well-trained local resource and a flexible system to deal with labour shortages and manage migrant workers need to continue. 

Cognizant of the challenges and opportunities Malta’s labour market is facing, the government is presenting 40 recommendations based on three guiding principles, these being:
  • Equipping individuals in acquiring the needed and industry-demanded skillsets for tomorrow’s world and empowering all workers to actively participate in Malta’s labour market and to ensure that they can achieve a higher standard of living through employment.
  • Enabling employers and businesses to continue investing in business growth and employment.
  • Designing institutions of works that are responsive and that level the playing field for all workers to work with dignity. 

The government believes this human-centric approach will be the future of work and opens the potential for real social mobility for Maltese families to enjoy better quality employment and a higher standard of living. Minister Caruana stated how this vision will be reinforced and bolstered with measures in the following week’s Budget for 2022. 

For the full list of recommendations and access to the research findings, The National Employment Policy is available for download and perusal online at https://finanzi.gov.mt/nep​.