STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL

Reference Number: PR212140, Press Release Issue Date: Dec 01, 2021
 
Sejħa għal applikazzjonijiet għal kumpens lill-eks impjegati tal-Malta Drydocks li sofrew mill-kundizzjoni tal-asbestosis li ma rċevewx kumpens mingħand il-gvern
 
Il-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol qed jilqa’ applikazzjonijiet għal kumpens mingħand dawk l-eks impjegati tal-Malta Drydocks li minħabba x-xogħol li ġew assenjati jagħmlu fil-passat sofrew jew ġew nieqsa kawża tal-asbestosis. Din hija sejħa għal pagament ta’ darba ta’ kumpens nonpekunjarju bil-għan li jkun hemm negozjar ta’ dan l-istess kumpens barra mill-Qorti.
 
Id-dokumenti mitluba ma’ din l-applikazzjoni huma:
 
  • Employment history tal-individwu li tista’ tinkiseb mill-eqreb fergħa tal-Jobs Plus;
  • Ċertifikat uffiċjali tal-mard li jindika t-tip ta’ kundizzjoni li jista’ jinkiseb mill-isptar ġenerali ta’ Malta jew ta’ Għawdex
 
F’każ li l-eks impjegat ġie nieqes, dawn id-dokumenti għandhom jiġu sottomessi mill-eqreb qarib jew qariba. 

F’dan il-każ, għandu jiġi sottomess ukoll iċ-ċertifikat tal-mewt sħiħ (mhux estratt).
 
Dawk l-eks impjegati li diġà ngħataw kumpens mill-gvern mhumiex intitolati biex jerġgħu japplikaw.
 
L-applikazzjoni tista’ titniżżel minn fuq is-sit elettroniku https://finanzi.gov.mt/asbestosis/ jew tinġabar personalment mill-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol.
 
Id-dokumenti jistgħu jaslu personalment il-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol jew jintbagħtu bil-posta fl-indirizz:
 
Segretarja tal-kumitat responsabbli mill-kumpens 
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol
Maison Demandols,
Triq In-Nofsinhar,
Il-Belt Valletta VLT 1102
 
L-applikazzjonijiet jagħlqu nhar it-Tnejn 28 ta’ Frar, 2022. Wara din id-data mhux se jiġu aċċettati aktar applikazzjonijiet għal kumpens.
 
Dawk kollha li diġà bagħtu xi dokumenti qabel il-ħruġ ta’ din is-sejħa għandhom jimlew l-applikazzjoni sħiħa u jissottomettu dawk id-dokumenti ulterjuri rikjesti mas-sejħa.
 
Għal aktar informazzjoni wieħed għandu jċempel fuq in-numru 25998438.
 
 
--------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

 
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FINANCE AND EMPLOYMENT
 
Call for applications for compensation to former Malta Drydocks employees who suffered from asbestosis and did not receive compensation from the government.
 
The Ministry for Finance and Employment is receiving applications from former Malta Drydocks employees, who, due to the work assigned to them in the past, suffered or passed away due to asbestosis. This is a call for a one-time payment of non-pecuniary compensation with the aim of negotiating this same compensation out of court.
 
The documents required with this application include:
 
  • The employment history of the individual which can be obtained from one of the job centres of Jobs Plus;
  • Official certificate of the illness indicating the type of condition. Applicants can get this document from the General Hospital in Malta or Gozo
 
If the former employee is deceased, the above documents must be submitted by the next of kin. In this case, applicants must also submit the full death certificate.
 
Those employees who have already received compensation from the government are not entitled to apply.
 
The application can be downloaded from finanzi.gov.mt/asbestosis or collected from the Ministry for Finance and Employment.
 
Documents can be received in person at the Ministry of Finance and Employment or sent by post to the below address:
 
Secretary to the Committee Responsible for Compensation
Ministry for Finance and Employment
Maison Demandols,
Triq In-Nofsinhar,
Il-Belt Valletta VLT 1102
 
The call for applications will close on Monday, 28 February 2022.  After this date, no further applications for compensation will be accepted.
 
All those who have already submitted any documents before this call must fill in the application and submit all the documents required with the call.
 
For further information, please call on 25998438.