L-Accountant General qiegħed iħabbar il-ħruġ ta’ Stock tal-Gvern ta’ Malta ta’ mitejn miljun ewro (€200,000,000) f’xi wieħed jew aktar miż-żewġ stocks imsemmija aktar ‘l isfel:
(i) 3.40% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2027 (VI); u
(ii) 4.00% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2032 (VII).
Is-somma li għandha tinġabar tista’ tiżdied b’€100,000,000 oħra f’każ li d-domanda tkun aktar mill-ammont offrut.
Membri tal-pubbliku li huma interessati li jinvestu jistgħu japplikaw għall-ammont sa massimu ta’ mitt elf ewro (€100,000) kull persuna f’xi wieħed jew f’kull wieħed miż-żewġ stocks li qegħdin jiġu offruti. L-applikazzjonijiet jistgħu jsiru minn persuna waħda jew flimkien ma’ persuna jew persuni oħra. L-applikazzjonijiet għall-membri tal-pubbliku jintlaqgħu minn nhar it-Tnejn, l-10 ta’ Ottubru 2022 fit-8.30 a.m. u jagħlqu fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa, it-12 ta’ Ottubru 2022 jew aktar kmieni, fid-diskrezzjoni tal-Accountant General.
L-applikazzjonijiet mingħand investituri wholesale magħmulin f’offerti b’irkant jiftħu l-Ġimgħa, l-14 ta’ Ottubru 2022 fit-8.30 a.m. u jagħlqu 12.00 pm (f’nofsinhar) (CET) tal-istess ġurnata, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General.
Il-prezz għal kull Stock imsemmi f’elenku (i) u (ii) riferuti aktar qabel, li qegħdin jiġu offruti għas-sottoskrizzjoni lill-membri tal-pubbliku, għandu jiġi stabbilit nhar il-Ħamis, is-6 ta’ Ottubru 2022. L-Accountant General ser ikun qed iħabbar il-prezz ta’ kull stock u dawn jiġu ppubblikati kemm fil-ġurnali lokali, kif ukoll permezz ta’ stqarrija maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI).
Ir-riżultat tal-allokazzjoni ta’ kull stock li jiġi allokat lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f’offerti b’irkant, jiġi mgħarraf sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-irkant.
Il-formoli tal-applikazzjonijiet jistgħu jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-membri kollha tal-Borża ta’ Malta u fornituri oħra awtorizzati ta’ servizzi ta’ investiment. Formoli tal-applikazzjonijiet jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor www.treasury.gov.mt minn nhar il-Ġimgħa, is-7 ta’ Ottubru 2022.
Aktar tagħrif dwar dawn l-istocks jinsab fiċ-Ċirkolari tal-Offerta li tista’ titniżżel minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor minn nhar il-Ġimgħa, it-30 ta’ Settembru 2022.
---------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------
NEW ISSUE OF FIXED RATE MALTA GOVERNMENT STOCKS – OCTOBER 2022
The Accountant General is hereby
announcing the issue of two hundred million euro (€200,000,000) Malta Government
Stocks in any one or any combination of the following two stocks:
(i)
3.40%
Malta Government Stock 2027 (VI); and
(ii)
4.00%
Malta Government Stock 2032 (VII).
The sum of money to be raised may be
increased by an additional €100,000,000 in the event of oversubscription.
Members of the public who are interested
to invest may apply for an amount up to a maximum of one hundred thousand euro
(€100,000) per person in any one or in each of the two stocks on offer.
Application forms can be made by one person or jointly with other persons. The
applications for members of the public open from Monday, 10th
October 2022 at 8.30a.m. and close at 2.30p.m. on Wednesday, 12th
October 2022, or earlier at the discretion of the Accountant General.
Applications from wholesale investors in
the form of sealed bids (auction) open on Friday, 14th October
2022 at 8.30 a.m. and close at 12.00 p.m. (noon) (CET) of the same day,
or earlier at the discretion of the Accountant General.
The price of each Stock listed at (i) and
(ii) above offered for subscription by members of the public, shall be
established on Thursday, 6th October 2022. The Accountant
General shall be announcing the price for each stock, and these shall be
published in the local newspapers as well as through a Press Release by the
Department of Information (DOI).
The allotment results of each stock to
applicants whose applications are in the form of sealed bids (auction) will be
determined and announced two hours after the closing time of the auction.
Application forms may be obtained from and
lodged at all members of the Malta Stock Exchange and other authorised
investment service providers. Application forms may also be downloaded
from the Treasury’s website www.treasury.gov.mt with effect from Friday,
7th October 2022.
More information on these stocks can be found
in the Offering Circular which can be downloaded from the Treasury’s website as
from Friday, 30th September 2022.