IMWETTQA 77% TAL-MIŻURI TAL-BAĠIT

IMWETTQA 77% TAL-MIŻURI TAL-BAĠIT

Reference Number: PR221406, Press Release Issue Date: Oct 17, 2022
 

77% tal-miżuri tal-Baġit ġew imwettqa fl-2022. Dan ħareġ minn eżerċizzju li għamel is-Servizz Pubbliku u li ġie ppubblikat bil-ħidma li saret fuq kull miżura tal-Baġit.

 

Il-Kap tas-Servizz Pubbliku Tony Sultana spjega kif dan l-eżerċizzju ta’ monitoraġġ juri li b’kollox din is-sena twettqu 324 miżura. Dan jinkludi miżuri mill-baġit 2022 kif ukoll miżuri oħrajn li fis-sena tagħhom kienu fi stadju ta’ twettiq u li twettqu din is-sena.

Fost il-miżuri mwettqa nsibu ċentri tas-saħħa ġodda, aktar mediċini b’xejn, il-firxa ta’ Community Policing f’aktar lokalitajiet, spazji ħodor ġodda, żieda fl-istipendji, trasport pubbliku b’xejn, żidiet fil-pensjonijiet u tnaqqis fit-taxxi tal-part-timers. 

Il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana qal li l-miżuri tal-Budget għas-sena 2022 ġew imwettqa fi sfond ta’ sfidi kbar kawża tal-gwerra. Huwa spjega li fis-swieq internazzjonali, il-prezzijiet tal-enerġija għolew b’mod sproporzjonat. Hu semma dak li qed jiġri f’pajjiż ġar ta’ Malta – l-Italja, fejn il-familji Taljani qed jistennew kontijiet tal-enerġija li jilħqu l-€4700. F’Malta din ir-realtà ma teżistix għaliex il-Gvern qed jintervjeni b’mod b’saħħtu u qed jerfa’ dan il-piż hu minn fuq il-familji Maltin u Għawdxin. 

 

Il-Ministru qal li l-Gvern mhux biss qed jipproteġi lill-familji, iżda wkoll qed iwiżinhom. Huwa qal li fil-Budget li ġej se jiġi introdott it-tieni mekkaniżmu tal-għoli tal-ħajja għal dawk li jifilħu l-inqas. Il-Gvern mhux biss qed jipproteġi l-ekonomija mid-daqqiet li ġejjin minn barra iżda wkoll qed jgħin lin-nies. 

Il-Ministru Caruana tenna li minkejja l-isfidi kollha, għas-sena 2023, l-ekonomija Maltija mistennija tibqa’ tikber u dan juri l-mod għaqli li bih qed jitwettqu l-politiki ta’ dan il-Gvern li qed iħallu effetti pożittivi fuq pajjiżna. Li kieku l-Gvern ma mexiex b’dan il-mod matul xhur sħaħ ta’ sfidi, l-qagħda ekonomika ta’ pajjiżna ma kinitx tippermetti li dawn il-miżuri kollha jiġu mwettqa.

Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Tony Sultana semma kif b’dan l-eżerċizzju ta’ monitoraġġ u twettiq, is-Servizz Pubbliku qed jara li mhux biss ikun effiċjenti iżda wkoll effettiv. Qal kif ir-rata ta’ twettiq ta’ din is-sena kienet fost l-ogħla fl-aħħar snin minkejja l-isfidi ta’ din is-sena, li kienu jinkludu elezzjoni ġenerali u t-tibdil sussegwenti ta’ portafolli.

Għal darb’oħra, il-miżuri tal-Baġit 2022 ġew allinjati mal-miri tal-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti; f’dan ir-rigward, Malta preżentement tokkupa t-33 post minn 163 pajjiż.

 

Il-pubblikazzjoni ‘It-Twettiq tal-Baġit 2022’, maħruġa mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni, tista’ tinqara minn hawn: https://publicservice.gov.mt/en/Documents/Twettiq_tal-Bagit_2022.pdf.

 _____________________________________________________________________________________

77% OF BUDGET MEASURES IMPLEMENTED

77% of the Budget measures were implemented in 2022. This resulted from an exercise carried out by the Public Service and which was published with detailed progress on all budgetary measures.

 

The Head of the Public Service, Tony Sultana, explained how this monitoring exercise shows that, in total, 324 measures were implemented this year. This also includes measures from previous budgets which were finalised this year.

The implemented measures include new health centres; more free medicines; community policing in more localities; new green spaces; increased student stipends; free public transport; increases in pensions; and reductions in income tax rates for part-timers.

Minister for Finance and Employment Clyde Caruana said that the Budget measures for 2022 were implemented against a background of significant challenges due to the Russia-Ukraine War. He said that in international markets, energy prices have risen disproportionately. He mentioned what is happening in Malta’s neighbouring country – Italy, whereby Italian families are expecting their energy bills to reach €4700. In Malta, this reality does not exist as the government is intervening strongly and is taking this burden off the Maltese and Gozitan families.


The minister stated that the government is not only protecting but also assisting families. He said that in the next Budget, the second cost of living mechanism will be introduced for low-income earners. The Maltese Government is assisting its people while shielding the economy from external blows.

Minister Caruana said that despite all the challenges, in 2023, the Maltese economy is expected to continue growing, and this proves that the implementation of government policies is having a positive effect on our country. If the government had not intervened during such challenging months, the country’s economic situation would not have allowed all these measures to be carried out.

Tony Sultana, the Principal Permanent Secretary, stated that the public service is not only efficient but also effective as a result of this monitoring and implementation exercise. He said that this year’s implementation rate was amongst the highest in recent years, despite this year’s challenges, including a general election and subsequent changes in portfolios.

Once again, Budget 2022 measures have been aligned with the United Nations Sustainable Development targets, whereby Malta currently occupies the 33rd place out of 163 countries.

 

The publication ‘Twettiq tal-Baġit 2022’, issued by the Office of the Principal Permanent Secretary, can be read here https://publicservice.gov.mt/en/Documents/Twettiq_tal-Bagit_2022.pdf.