
Il-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol, permezz
tad-Dipartiment tal-Blata Kontinentali, illum nieda l-mappa ġeoloġika aġġornata
tal-Gżejjer Maltin.
L-aħħar aġġornament tal-mappa ġeoloġika kien sar fl-1993
meta l-mappa ġiet ippubblikata fuq skala ta’ 1:25000. Il-mappa issa saret
mill-ġdid fuq skala aktar dettaljata ta’ 1:10,000 mill-British Geological
Survey.

Din il-mappa l-ġdida hija bbażata fuq informazzjoni
miġbura minn diversi sorsi inkluż stħarriġ estensiv fuq il-post, li sar
mill-British Geological Survey. Sar proċess ta’ konsultazzjoni ma’ diversi
entitajiet qabel it-tnedija tal-mappa kif ukoll konsultazzjoni mal-publiku
permezz tas-sit tad-Dipartiment tal-Blata Kontinentali.
Il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana faħħar
ir-riċerka li saret mid-dipartiment tal-Blata kontinentali li tippermettilna
nifhmu aħjar it-territorju tal-pajjiż u minn xiex hu magħmul. Huwa stqarr li,
minkejja li t-territorju jinkludi biss 316 km2 ta’ art, il-blata kontinentali hi mifruxa fuq 70,000 km2.

Il-kobor tal-blata kontinentali jippreżenta opportunità
għall-Gvern biex jespandi l-għanijiet ekonomiċi tiegħu u jinvesti fl-enerġija
rinnovabbli mingħajr ma jaffettwa lil xtutna viżwalment.
Permezz tal-iżvilupp taż-żona ekonomika esklussiva, li
tinsab bejn it-tnax u l-ħamsa u għoxrin mil nawtiku ’l bogħod minn xtutna,
jistgħu jiġu akkomodati teknoloġiji ġodda li ser jgħinu biex jiġi sostnut
it-tkabbir ekonomiku tal-pajjiż.
Il-mapep aġġornati se jkunu disponibbli għall-pubbliku
mingħajr ħlas fuq is-sit tad-Dipartiment tal-Blata
Kontinentali.

______________________________________________________________________________________________________________________
UPDATE OF THE GEOLOGICAL MAP OF THE MALTESE ISLANDS

The Ministry for Finance and Employment, through the
Continental Shelf Department, has today launched the updated geological map of
the Maltese Islands.
The last update of the geological map was made in 1993
when the map was published at a scale of 1:25000. The map has now been
resurveyed at a much more detailed scale of 1:10,000 by the British Geological
Survey.

The updated map is based on information gathered from
various sources including extensive field surveys carried out by the British
Geological Survey. A consultation process with various entities as well as a
public consultation through the Continental Shelf department website have been
carried out prior to the release of the map.
The
Minister for Finance and Employment Clyde Caruana praised the research carried out by the Contintental Shelf Department which
will allow for a better understating of our territories’ attributes. He stated that,
even though Malta’s territory comprises of just 316 km2
of land, its
continental shelf accounts to 70,000 km2.

This
abundance of continental shelf presents an opportunity for the Government to
expand its economic goals and invest in renewable energy without effecting Malta’s
shoreline visually. Through the development of the exclusive economic zone,
which lies between 12 and 25 nautical miles from Malta’s
shores, new technologies can be accommodated
which will sustain growth in the Maltese economy.
The updated maps will, as of today, be made publicly
available free of charge on the Continental Shelf Department website.
