IS-SUR JESMOND GATT MAĦTUR CHAIRMAN TAL-AWTORITÀ GĦAS-SERVIZZI FINANZJARJI

IS-SUR JESMOND GATT MAĦTUR CHAIRMAN TAL-AWTORITÀ GĦAS-SERVIZZI FINANZJARJI

Reference Number: PR230212, Press Release Issue Date: Feb 08, 2023
 
Wara laqgħa tal-Kumitat għall-Ħatriet Pubbliċi li saret nhar l-Erbgħa 8 ta’ Frar 2023, il-kumitat irrakkomanda l-ħatra tas-Sur Jesmond Gatt bħala Chairman tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji.
 
Is-Sur Gatt serva bħala Chairman tal-Aġenzija Maltija kontra l-Ħasil tal-Flus (FIAU) għal dawn l-aħħar tliet snin u f’karigi eżekuttivi differenti fi ħdan il-Bank Ċentrali ta’ Malta. 
 
Il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana awgura lis-Sur Gatt għall-kariga l-ġdida tiegħu, filwaqt li rringrazzja lill-Prof. John Mamo għas-servizz tiegħu lejn l-istess awtorità għal dawn l-aħħar ħames snin. 

______________________________________________________________________________________________________________________
 
MR JESMOND GATT APPOINTED CHAIRMAN OF THE MALTA FINANCIAL SERVICES AUTHORITY

Following a meeting of the Public Appointments Committee held on Wednesday, 8th February 2023, the committee gave a positive recommendation for the appointment of Mr Jesmond Gatt as Chairman of the board of Governors of the Malta Financial Services Authority. 
 
Mr Gatt has served as Chairman of the Financial Intelligence Analysis Unit for the past three years and in different executive positions within the Central Bank of Malta. 
 
Minister for Finance and Employment Clyde Caruana congratulates Mr Gatt on his new venture and expresses his gratitude towards Prof. John Mamo for his services in the authority for the past five years.