L-Accountant
General qiegħed iħabbar il-ħruġ ta’ Stock tal-Gvern ta’ Malta ta’ mitejn miljun
ewro (€200,000,000) f’xi wieħed jew aktar miż-żewġ stocks imsemmija aktar ’l
isfel:-
(i)
3.50% Stock tal-Gvern
ta’ Malta 2028 (VI); u
(ii)
4.00% Stock tal-Gvern
ta’ Malta 2043 (I).
Is-somma li
għandha tinġabar tista’ tiżdied b’ €150,000,000 oħra f’każ li d-domanda tkun
aktar mill-ammont offrut.
Membri
tal-pubbliku li huma interessati li jinvestu jistgħu japplikaw
għall-ammont sa massimu ta’ erba’ mija disgħa u disgħin elf u disa’ mitt ewro
(€499,900) kull persuna f’xi wieħed jew f’kull wieħed miż-żewġ stocks li
qegħdin jiġu offruti. L-applikazzjonijiet jistgħu jsiru minn persuna waħda jew
flimkien ma’ persuna jew persuni oħra. L-applikazzjonijiet għall-membri
tal-pubbliku jintlaqgħu minn nhar it-Tnejn, l-20 ta’ Frar 2023 fit-8.30
a.m. u jagħlqu fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa, t-22 ta’ Frar 2023 jew aktar
kmieni, fid-diskrezzjoni tal-Accountant General.
L-applikazzjonijiet
mingħand investituri wholesale magħmulin f’offerti bi rkant jiftħu l-Ġimgħa,
l-24 ta’ Frar 2023 fit-8.30 a.m. u jagħlqu 12.00 p.m. (f’nofsinhar)
(CET) tal-istess ġurnata, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant
General.
Il-prezz għal
kull stock imsemmi f’elenku (i) u (ii) riferuti aktar
qabel, li qegħdin jiġu offruti għas-sottoskrizzjoni lill-membri tal-pubbliku, għandu jiġi stabbilit nhar il-Ħamis, is-16 ta’ Frar 2023.
L-Accountant General ser ikun qed iħabbar il-prezz ta’ kull stock u dawn jiġu
ppubblikati kemm fil-ġurnali lokali, kif ukoll permezz ta’ stqarrija maħruġa
mid-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI).
Ir-riżultat
tal-allokazzjoni ta’ kull stock li jiġi allokat lill-applikanti li
l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f’offerti bi rkant, jiġi mgħarraf
sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-irkant.
Il-formoli
tal-applikazzjonijiet jistgħu jinkisbu minn u jiġu depożitati għand il-membri
kollha tal-Borża ta’ Malta u fornituri oħra awtorizzati ta’ servizzi ta’
investiment. Formoli tal-applikazzjonijiet jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq
is-sit elettroniku tat-Teżor www.treasury.gov.mt
minn nhar il-Ġimgħa, is-17 ta’ Frar 2023.
Aktar tagħrif
dwar dawn l-istocks jinsab fiċ-Ċirkolari tal-Offerta li tista’ titniżżel
minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor minn nhar il-Ħamis, id-9 ta’ Frar 2023.
______________________________________________________________________________________
NEW ISSUE OF FIXED RATE
MALTA GOVERNMENT STOCKS – FEBRUARY 2023
The Accountant General is hereby
announcing the issue of two hundred million euro
(€200,000,000) Malta Government Stocks in any one or any combination of the
following two stocks:
(i)
3.50% Malta Government Stock 2028 (VI); and
(ii)
4.00% Malta Government Stock 2043 (I).
The sum of money to be raised may be
increased by an additional €150,000,000 in the event of oversubscription.
Members of the public who are interested
to invest may apply for an amount up to a maximum of four hundred ninety-nine thousand, nine hundred euro
(€499,900) per person in any one or in each of the two stocks on offer.
Application forms can be made by one person or jointly with other
persons. The applications for members of the public open from Monday,
20th February 2023 at 8.30 a.m. and close at 2.30 p.m. on Wednesday,
22nd February 2023, or earlier at the discretion of the
Accountant General.
Applications from wholesale investors in
the form of sealed bids (auction) open on Friday, 24th February
2023 at 8.30 a.m. and close at 12.00 p.m. (noon) (CET) of the same day,
or earlier at the discretion of the Accountant General.
The price of each stock
listed at (i) and (ii) above offered for subscription by members of the public
shall be established on Thursday, 16th February 2023. The
Accountant General shall be announcing the price for each stock, and these
shall be published in the local newspapers as well as through a press release
by the Department of Information (DOI).
The allotment results of each stock to
applicants whose applications are in the form of sealed bids (auction) will be
determined and announced two hours after the closing time of the auction.
Application forms may be obtained from and
lodged at all members of the Malta Stock Exchange and other authorised
investment service providers. Application forms may also be downloaded from the
Treasury’s website www.treasury.gov.mt
with effect from Friday, 17th February 2023.
More information on these stocks can be
found in the Offering Circular which can be downloaded from the Treasury’s
website as from Thursday, 9th February 2023.